Għaxaq Boċċi Club komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni meta kisbu s-seba’ rebħa konsekuttiva wara suċċess dominanti ta’ 21-5 kontra Żebbuġ, biex baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika.
Fit-tieni post tal-klassifika baqgħu St. Peters Żabbar u Msida, li t-tnejn komplew jirbħu barra minn darhom. St. Peters Żabbar għelbu lil Qormi San Bastjan 21-11, filwaqt li Msida kisbu rebħa komda ta’ 21-5 kontra Lija.
Waħda mill-aktar logħbiet missielta kienet dik bejn Żejtun u Bugibba, fejn iż-Żwieten ħarġu rebbieħa bi skor drammatiku ta’ 21-20. Anke Santa Venera kisbu rebħa importanti u missielta kontra Birkirkara bl-istess skor ta’ 21-20.
Intant, San Ġwann għelbu lil Żurrieq 21-14 biex komplew jtejbu l-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika.

