Friday, December 20, 2024

ARA: Raġel liebes ta’ mara qam minn fuq siġġu tar-roti u waddab kejk lejn il-Mona Lisa

Aqra wkoll

Ritratti tal-Mona Lisa “mċappsa b’kejk” xterdu mal-erbat irjieħ tad-dinja, u dan minkejja li fil-verità l-kejk kien imċappas mal-ħġieġa li tipproteġi din l-arti imprezzabbli ta’ Leonardo da Vinci ġewwa l-Mużew Louvre f’Pariġi. 

Skont persuni li kienu fuq il-post, raġel fuq siġġu tar-roti u li kien liebes ta’ mara ħasad lil dawk kollha li kienu qegħdin jammiraw din il-pittura hekk kif f’daqqa waħda dan qam bilwieqfa, mexa lejn il-pittura u waddab kejk lejha. 

Immedjatament kif raw hekk, l-uffiċjali tas-sigurtà tal-mużew ġrew lejn dan ir-raġel u ħarġuh mill-kamra filwaqt li ovvjament dawk preżenti ħadu l-okkażjoni u ġibdu kemm felħu ritratti. Fortunatament dan il-każ ma eskalax, hekk kif dan ir-raġel tneħħa mill-mużew mingħajr problemi u l-ħġieġa ġiet imnaddfa immedjatament. 

Ekonomija

Sport