Saturday, December 28, 2024

ARA: Rilaxxati aktar ostaġġi Iżraeljani

Aqra wkoll

Tlettax-il persuna Iżraeljana u erba’ ċittadini Tajlandiżi waslu f’Iżrael fl-aħħar sigħat f’dak li kien it-tieni grupp ta’ ostaġġi meħlusa mill-Ħamas bi skambju għall-priġunieri Palestinjani. 

Filmati wrew ostaġġi fuq in-naħa Eġizzjana tal-qsim tal-fruntiera ta’ Rafah wara li ħallew Gaża, hekk kif tard is-Sibt filgħaxija, il-Ħamas għadda lil dawn l-ostaġġi lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar.

Sitta mit-13-il persuna Iżraeljana li nħelsu kienu nisa u s-sebgħa l-oħra kienu tfal u adoloxxenti. “L-ostaġġi rilaxxati jinsabu fi triqithom lejn sptarijiet fl-Iżrael, fejn se jerġgħu jingħaqdu mal-familji tagħhom,” qalu l-Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael fi stqarrija li ħarġu.

Min-naħa l-oħra, l-Aġenzija tal-aħbarijiet tal-Palestina (WAFA) qalet li l-Iżrael irrilaxxaw 39 Palestinjan – sitt nisa u 33 minuri. Uħud mill-Palestinjani waslu fil-Pjazza ta’ Al-Bireh f’Ramallah fil-West Bank li huwa okkupat mill-Iżrael, fejn eluf ta’ ċittadini kienu qed jistennewhom b’ħerqa. 

Uffiċjal Palestinjan familjari mat-taħditiet diplomatiċi qal li l-Ħamas mistenni li jkompli b’dan il-ftehim, li ra l-ewwel waqfa mill-ġlied mill-bidu tal-kunflitt fil-Lvant Nofsani nhar is-7 ta’ Ottubru li għadda.

Ekonomija

Sport