Sunday, December 22, 2024

ARA: Sebat irġiel arrestati wara li daħlu fi sptar biex joqtlu ġuvni fl-Ekwador

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija fl-Ekwador arrestaw sebat irġiel armati li daħlu fi sptar f’allegat attentat li joqtlu ġuvni li kien qed jingħata l-kura hemmhekk. 

Membri ta’ dan il-gang żammew l-infermiera bħala ostaġġi u bdew jisparaw fil-konfront tal-pulizija qabel ġew arrestati. L-ostaġġi kollha nħelsu u b’xorti tajba ħadd ma weġġa’. 

Il-ġuvni ta’ 17-il sena fil-mira ta’ dan l-attakk, magħruf bħala “Dirty Face”, huwa maħsub li kien membru ta’ gang rivali li kien jinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva jirkupra minn feriti kkawżati minn tiri ta’ arma tan-nar. 

Uffiċjal li jirrappreżenta l-impjegati fl-isptar qal li l-irġiel jidher li ma kinux jafu kif inhi l-istruttura tal-isptar u li “dawn id-delinkwenti kienu qed iduru mal-isptar kollu.” “Għall-grazzja t’Alla kien hawn il-pulizija,” huwa żied jgħid. 

Ekonomija

Sport