Tuesday, May 14, 2024

Partita pjaċevoli … sitt goals … iżda kien draw li ma kkuntenta lil ħadd

Aqra wkoll

Kamerun…….. 3

Serbja………… 3

F’partita mill-aktar pja­ċeovli, il-Kamerun u s-Serbja temmew fi draw ta’ 3-3, li iżda dan ir-riżultat ma kkuntenta lil ħadd minnhom hekk kif għandhom punt wieħed biss. Jekk aktar tard matul il-ġurnata, il-Brażil u l-Isvizzera jtemmu fi draw, kemm il-Kamerun kif ukoll is-Serbja jiġi eliminati.

Kienu l-Kameru li fetħu l-iskor minn Jean Charles Castelletto (29) li xellef il-ballun għal ġewwa.

Iżda żewġ goals fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, is-Serbi dawru l-iskor favur tagħhom b’goals minn daqqa ta’ ras ta’ Strahinja Pavlovic u xutt ta’ Sergej Milinko­vic-Savic minn barra l-kaxxa.

Imbagħad Aleksandar Mitrovic għamilhom tlieta wara li rċieva mingħand Andrija Zivkovic.

Iżda l-Kamerun għamlu rimonta u fl-64 minuta naqqsu l-marġni tal-iskor minn Vincent Aboubakar filwaqt li Eric Choupo-Moting kiseb id-draw meta rtokka l-ballun għal ġox-xibka. 

Kamerun: Devis Epassy, Nouhou Tolo, Nicolas N’Koulou, Jean Charles Castelletto, Collins Fai, Martin Hongla (Vincent Aboubakar 55), Pierre Kunde (Gael Ondoua 68), Andre Anguissa (Samuel Oum Gouet 81), Karl Toko Ekambi (Christian Bassogog 68), Eric Choupo-Moting, Bryan Mbeumo (Georges-Kevin NKoudou 81) – Coach: Rigobert Song

Serbja: Vanja Milinkovic- Savic, Strahinja Pavlovic (Stefan Mitrovic 56), Milos Veljkovic (Srdjan Babic 78), Nikola Milenkovic, Filip Kostic (Filip Djuricic 91), Sasa Lukic, Nemanja Maksimovic, Andrija Zivkovic (Nemanja Radonjic 78), Sergej Milinkovic-Savic (Marko Grujic 79), Dusan Tadic, Aleksandar Mitrovic  – Coach: Rigobert Song              

Referee: Mohammed Abdulla Hassan (Emerati)

Assistenti: Mohamed Ham­madi, Hasan Al Mahri (Emerati)

Ammoniti: N. N’Koulou (K); N. Milenkovic (S)

Sport