Wednesday, April 24, 2024

Tgħaddi l-ewwel proprjetà għand il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli

Aqra wkoll

L-Arċidjoċesi ta’ Malta għaddiet proprjetà lill-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli sabiex fiha jseħħ l-ewwel proġett ta’ akkomodazzjoni affordabbli. Din il-proprjetà, li fis-snin kienet is-St Margaret M. Alacoque Convent, tinsab fir-raħal ta’ Ħal Kirkop.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes, flimkien mal-Bord ta’ din il-Fondazzjoni, żar din il-proprjetà illi fis-snin li ġejjin se jkun qiegħed isir fiha xogħol estensiv sabiex jitwettaq dan l-ewwel proġett ta’ akkomodazzjoni affordabbli.

Il-ministru tenna li “Din l-għaqda, fil-forma ta’ fondazzjoni b’għan soċjali li bnejna flimkien bħala Stat u Arċidjoċesi, hija legat importanti li se tibqa’ warajna u li se tibqa’ trendi soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni lil min verament jeħtieġ.”

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Stefan Cutajar qal li “Din il-binja tfisser punt tat-tluq importanti għall-fondazzjoni li ilha għal dawn l-aħħar xhur tiddiskuti u tippjana modi sensittivi kif tiżviluppa djar li se jinkrew b’rati affordabbli għal faxxa medja ta’ persuni li la jikkwalifikaw għall-akkomodazzjoni soċjali iżda fl-istess ħin mhux qed jintlaħqu mis-suq liberu tal-proprjetà. Ir-riabilitazzjoni ta’ din id-dar, fil-qalba ta’ raħal kwiet bħal Ħal-Kirkop, huwa xhieda ta’ kif l-intervent kemm tal-pubbliku kif ukoll tal-privat f’dan il-qasam delikat jista’ jsir b’mod sensittiv u li jirrispetta l-wirt kulturali u arkitettoniku ta’ pajjiżna.

Sport