Friday, December 20, 2024

ARA: Tfajla ta’ 17-il sena titlef ħajjitha f’inċident tat-traffiku u żewġ persuni oħra bi ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-3.00am, il-Pulizija li kienu fuq ronda fl-inħawi ta’ Triq Tumas Chetcuti, Ħ’Attard, innutaw daħna fil-qrib u marru minnufih fuq il-post fejn instabet vettura bi ħsarat estensivi.

YouTube video

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ġuvni ta’ 20 sena residenti San Pawl il-Baħar għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza, Chevrolet Aveo, u seħħ impatt ma’ ħajt u arblu. Fl-istess vettura kien hemm riekba żewġt tfajliet ta’ 17-il sena residenti San Pawl il-Baħar u Ħ’Attard rispetivament.

Immedjatament kienu msejħa l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu lill-persuni nvoluti.

Sfortunatament it-tfajla residenti San Pawl il-Baħar kienet iċċertifikata mejta fuq il-post filwaqt li ż-żewġ persuni l-oħra ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport