Triq Sir Temi Zammit limiti tal-Imġarr Malta kellha tingħalaq għat-traffiku wara li għall-ħabta tas-2.30pm waqa’ ammont kbir ta’ żrar minn fuq trakk li kien qiegħed jinsaq fid-direzzjoni lejn l-Imġarr.
Jirriżulta li hekk kif is-sewwieq tat-trakk induna b’dak li kien qiegħed jiġri mill-ewwel waqaf u sejjaħ għall-għajnuna.
Fuq il-post ittieħded gaffa biex tkun tista’ tiġbor iż-żrar li waqa’ filwaqt li l-pulizija għalqu t-triq għat-traffiku.
It-triq se tkun qiegħda tinferaħ lura għan-normal hekk kif l-istess triq tkun sigura għas-sewwieqa.