Thursday, July 16, 2026
Home Sport Inaki Williams ma’ Aston Villa?

Inaki Williams ma’ Aston Villa?

0
239

Il-kowċ ta’ Aston Villa Unai Emery avża lid-diriġenti tiegħu sabiex imorru għall-attakkant internazzjonali Spanjol Inaki Williams. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u ġej mir-reġjun Bask, l-istess bħal Emery.

Williams qed jispikka ferm ma’ Athletic Bilbao u qed ikun fundamentali sabiex it-tim jinsab fil-ħames post tal-klassifika.

Williams jinsab ħerqan li jibda din l-avventura ġdida fejn saħansitra hemm xnigħat li jista’ jmur jilgħab fil-Premier League Ingliż sa minn Jannar li ġej.