Saturday, May 4, 2024

Janne Anderson jitneħħa minn kowċ tal-Isvezja

Aqra wkoll

Il-kowċ Svediż Janne Anderson ħalla l-kariga tiegħu fi ħdan it-tim nazzjonali wara seba’ snin ta’ servizz. Wara r-rebħa mqanżħa ta’ 2-0 kontra l-Estonja, l-Iżvediżi temmew fit-tielet post tal-klassifika wara l-Belġju u l-Awstrija li kkwalifikaw awtomatikament għal EURO 2024.

Anderson mexxa lit-tim għal 93 partita fejn rebaħ 48 konfront, ġie draw fi 15-il okkażjoni filwaqt li tilef 30 partita.

Il-Federazzjoni tal-Futbol Svediża tinsab fi tfittxija għas-suċċessur ta’ Anderson.

Sport