Qraba u ħbieb tal-mibkija Nicolette Ghirxi aktar kmieni nġabru fis-Santwarju tal-Ħniena Divina fin-Naxxar sabiex jagħtuha l-aħħar tislima.
Ghirxi ta’ 48 sena hija l-vittma tat-tielet qtil li seħħ f’pajjiżna din is-sena.

Il-mara Maltija nqatlet fit-12 ta’ Awwissu li għadda f’appartament fis-Swatar. L-eks sieħeb tagħha, l-Irlandiż Edward William Johnston ta’ 50 sena qiegħed ikun meqjus bħala l-allegat aggressur.

Dan tal-aħħar spiċċa nqatel mill-pulizija wara li kellu konfront magħhom f’San Ġiljan.
Ara aktar minn: