Saturday, May 4, 2024

ARA: Tkompli l-ħidma fil-Marsa… it-triq mistennija tibqa’ magħluqa għal xi sigħat

Aqra wkoll

Talk.mt jinsab infurmat li fil-post kellhom jissejħu numru ta’ uffiċjali li xerrdu ammont konsiderevoli ta’ ramel sabiex jgħattu d-diesel li laħaq infirex.

Huwa mifhum li dan ir-ramel jitħalla mxerred għal xi ħin sabiex ikun jista’ jiġi assorbit id-diesel li laħaq infirex sakemm intervjenew l-uffiċjali.

It-triq għalissa tibqa’ magħluqa, b’uffiċjali oħra jidderiġu t-traffiku sabiex tittaffa kemm jista’ jkun il-konġestjoni tat-traffiku.

4:30 p.m: Trakk li jġorr id-diesel jinqaleb fuq żewġ vetturi fil-Marsa

Ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu involuti f’operazzjoni delikata biex jgħattu bir-ramel ammont kbir ta’ diesel li ħiereġ minn bawżer li nqaleb fi Triq il-Moll tal-Ħatab fil-Marsa. Il-ħidma bdiet għall-ħabta tat-3:30 p.m.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li t-trakk misjuq minn raġel ta’ 44 sena minn Birkirkara, kien qed iġorr eluf ta’ litri ta’ diesel meta għal xi raġuni nqaleb u ġie fuq żewġ vetturi li kienu pparkjati fil-ġenb tat-triq.

Fil-post issejħu l-pumpiera biex jgħattu l-ammont kbir ta’ diesel li ħareġ fit-triq u b’oħrajn jippruvaw iwaqqfu d-diesel milli jkompli ħiereġ.

Ritratt: Leonard Zammit

Ix-xufier tat-trakk ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Kawża ta’ dan l-inċident inġemgħet konġestjoni ta’ traffiku fiż-żona.

Intant fi stqarrija maħruġa minna l-Pulizija appellat lis-sewwieqa biex jevitaw it-triq imsemmija sakemm is-sitwazzjoni tkun kontrollata.

Sport