Olympique Marseille qed jistennew konferma mingħand Juventus sabiex jakkwistaw għalkollox lill-attakkant Arkadiusz Milik. Dan tal-aħħar jinsab fuq bażi ta’ self mal-Bianconeri li minkejja kollox qalu li jixtiequ jżommuh minħabba li meta ssejjaħ għall-okkażjoni rnexxielu jispikka b’gowls ferm sbieħ.
Sadanittant Lazio mmexxija minn Maurizio Sarri jixtiequ wkoll jiksbu l-firma tiegħu għalkemm Milik irid biss lil Juventus.
F’nofs dan ix-xahar xi diriġenti Bianconer se jkunu f’Marseille sabiex jiddiskutu s-sitwazzjoni.