Saturday, July 25, 2026
Home Sport Julian Nagelsmann viċin li jsir kowċ ta’ Paris St Germain

Julian Nagelsmann viċin li jsir kowċ ta’ Paris St Germain

0
440

Kollox hu lest sabiex Julian Nagelsmann isir kowċ ta’ Paris St Germain sabiex ikun qed jieħu post Christophe Galtier. 

Il-kowċ Ġermaniż, li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien qed imexxi lil Bayern Munich, se jkun qed jasal fil-belt kapitali Franċiża llum waranofsinhar sabiex ikollu diskussjoni mas-sidien tal-klabb bil-firma tal-kuntratt tiegħu li tidher xi ħaġa ta’ formalita’.

Sar magħruf li anke Napoli kien qed isegwu l-profil tiegħu iżda PSG dehru iktar konvinċenti.