Tuesday, April 30, 2024

Milan iridu lil Marko Arnautovic

Aqra wkoll

AC Milan jinsabu interessati serjament fl-attakkant ta’ Bologna Marko Arnautovic. Dan tal-aħħar għad fadallu sentejn oħra kuntratt mar-Rossoblu u għalhekk tal-aħħar qed jitolbu somma ta’ €10 miljun għalih.

Minkejja kollox, id-diriġenti ta’ Milan qed iżommu sod hekk kif huma lesti li joħorġu €5 miljun għalih.

Arnautovic jixtieq jibda avventura mar-Rossoneri u mhux se jħalli din l-opportunita’ taħrablu aktar u aktar għax il-kowċ ta’ Bologna qal li bih u mingħajru fit-tim xorta.

Sport