Wednesday, November 27, 2024

Arloġġi, oġġetti tal-fidda maħduma fil-filigranu, inbid u spirti għall-bejgħ mid-Dwana

Aqra wkoll

Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ diversi oġġetti tali kwali, ġarr u tneħħija tagħhom.

Id-Dwana qalet li b’kollox hemm 103 lottijiet li huma kif ġej:

• 2 lottijiet arloġġi lussużi tad-ditta CORUM;

• 14-il lott oġġetti tal-fidda maħduma fil-filigranu; u

• 87 lott xorb alkoħoliku u nbid.

L-offerti jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali fl-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa bejn il-15 u t-18 ta’ Novembru, bejn it-08:00a.m. u nofsinhar u bejn is-1:00p.m. u l-4:00p.m. u l-Ġimgħa, 19 ta’ Novembru mit-8:00a.m. sa nofsinhar.

Biex wieħed jara l-lottijiet, jiġbor formuli tal-offerti jew irid iktar informazzjoni fejn jeħtieġ, jista’ jagħmel dan mill-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa, jew inkella jċempel fuq in-numru tat-telefown 21237209 matul l-istess ġranet u ħinijiet imsemmija hawn fuq.

Sport