Arrestat fl-ajruport b’150 kapsula ta’ droga suspettata fl-istonku

Aqra wkoll

Marokkin ta’ 45 sena ġie arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li nstab li kellu madwar 150 kapsula fl-istonku, b’sustanza suspettata raża tal-kannabis.

Il-kapsuli, li nstabu wara eżamijiet mediċi fl-Isptar Mater Dei, kien fihom madwar kilo u nofs ta’ droga suspettata, b’valur fit-triq ta’ €30,000.

Ir-raġel, li wasal Malta fuq titjira minn Madrid, huwa suspettat li għandu rabtiet ma’ ċirku ta’ traffikar tad-droga u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport