Saturday, December 21, 2024

Arrestat ir-raġel li allegatament daħal jisraq b’borża taż-żibel ġo rasu f’ħanut f’Tal-Pietà

Aqra wkoll

Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest raġel ta’ 39 sena maħsub li wettaq is-serqa f’ħanut tal-merċa li jinsab fi Gwardamanġa, Tal-Pietà.

Is-serqa kienet seħħet fl-4 ta’ Settembru li għadda, bil-ħalliel daħal fil-ħanut u talab lill-kaxxier, ġuvni ta’ 21 sena mill-Furjana, biex jagħtih il-flus.

Il-ħalliel laħaq ħarab minn fuq il-post bil-Pulizija bdiet investigazzjoni li wasslet biex issa l-allegat ħalliel ġie arrestat fil-Belt.

Huwa kien arrestat matul il-lejl li għadda u qed jinżamm fil-lock-up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fejn se jitressaq fil-Qorti fil-jiem li ġejjin.

4 ta’ Settembru: Raġel b’borża taż-żibel f’rasu jidħol jisraq minn ħanut fi Gwardamanġa

Kien għall-ħabta tal-10.15am meta raġel li jidher li kien libes borża taż-żibel f’rasu daħal jisraq minn ħanut tal-merċa fi Triq San Luqa fi Gwardamanġa. Allegatament il-ħalliel kien anke armat.

Jidher li l-ħalliel ħarab minn fuq il-post fejn seraq bott tad-donazzjonijiet wara li daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegati. Allegatament hu daħal fil-ħanut u beda jgħid lill-kaxxiera li dan hu hold up u allura kif faċli li wieħed jidentifika lir-raġel bħala Malti.

Intant aktar tard il-pulziija fi stqarrija qalu li r-raġel daħal mgħammad u talba flus lill-kaxxier li hu raġel ta’ 21 sena residenti l-Floriana.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti u oġġetti oħra.

Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Żammit LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport