Saturday, May 18, 2024

Arrestat wara attentat ta’ serq minn residenza fil-Belt Valletta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ilbieraħ għall-ħabta tas-7:15 p.m wara li l-Pulizija aġixxew mill-ewwel fuq rapport li kien hemm persuna li qiegħda tipprova twettaq serqa minn residenza privata fi Triq Sant’Anna fil-Belt Valletta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u r-raġel x’ħin innota lill-Pulizija, ħarab jiġri. Minnufih bdiet tfiitxija għalih fl-akwati, bir-raġel jinstab u ġie arrestat fi Triq Żekka.

Saret ukoll tfittxija fil-post fejn il-Pulizija rat lir-raġel fi Triq Sant’Anna fejn hemmhekk instabu għodda li allegatament intużat biex ġie sgassat il-bieb ta’ barra tar-residenza.
Ir-raġel li għandu 45 sena u li jirrisjedi l-Belt Valletta kien arrestat u ttieħed fil-lock-up tal-Pulizija l-Floriana għall-aktar investigazzjonijiet.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta tal-11:30 a.m quddiem ilMaġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt Valletta.

Sport