Monday, May 13, 2024

Arrestat wara li nqabad b’diversi sustanzi fil-pussess tiegħu u darab pulizija f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena qed jinżamm arrestat wara li lbieraħ filgħaxija nstab li kellu fil-pussess tiegħu numru ta’ qratas b’sustanza suspettata droga kokaina u kannabis f’San Ġiljan

Is-sejba saret tard filgħaxija, wara li uffiċjali tal-pulizija li kienu fuq ronda fl-inħawi ta’ Triq Santu Wistin, lemħu lir-raġel jaġixxi b’mod suspettuż hekk kif lemaħ lill-pulizija resqin lejh. Kif ra hekk, huwa ħarab jiġri iżda ġie arrestat ftit tal-ħin wara f’lukanda fil-viċinanzi wara li kiseb aċċess minn bieb sekondarju u pprova jistaħba fiha. Hu pprova jirreżisti l-arrest, bil-konsegwenza li darab ħafif lil pulizija minnhom.

Minn tfittxija li saret f’basket li kien qed iġorr ġew elevati 30 qartas b’sustanza allegatament kokaina, xi qratas bi droga kannabis, flimkien ma’ xi flus kontanti.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport