Thursday, November 14, 2024

Arrestata l-persuna li allegatament ħolqot l-app ta’ “rkant ta’ nisa Musulmani” fl-Indja

Aqra wkoll

Il-pulizija Indjana arrestaw l-individwu li allegatament ħoloq l-applikazzjoni fejn fiha ġew imxerrda ritratti ta’ iktar minn 100 mara Musulmana u tniżżlu li huma “għall-bejgħ”. 

Neeraj Bishnoi, li għandu 20 sena, huwa r-raba’ persuna li ġie arrestat b’rabta ma’ dan il-każ. Allegatament Neeraj ħoloq l-applikazzjoni “Bulli Bai” li fuqha wettaq l-imsemmi reat. Din l-applikazzjoni ġiet imneħħija wara rabja kbira mill-pubbliku. 

Dan kien it-tieni attentat f’dawn l-aħħar xhur fejn nisa Musulmani prominenti ġew iffastidjati fuq apps fejn ir-ritratti tagħhom ġew ippubblikati u ġew imniżżla bħala għall-bejgħ fi rkant fittizju. 

L-għan aħħari ta’ dan kollu kien biex dawn in-nisa Musulmani jiġu degredati u umiljati u aktarx dan minħabba għax tkellmu kontra ż-żieda fin-nazzjonaliżmu Ħindu taħt il-gvern tal-Prim Ministru Narendra Modi. 

Ekonomija

Sport