Friday, April 26, 2024

L-ALS ma tgħinx… Bjorn jitlob l-għajnuna biex isib ċurkett li waqagħlu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bjorn Formosa qiegħed jappella għall-għajnuna tal-pubbliku biex jekk forsi jiltaqa’ maċ-ċurkett taż-żwieġ tiegħu jikkuntattja lilu jew lil martu Maria biex jirritornah.

Bjorn spjega li martu ilha mill-bidu ta’ din is-sena tfittxju, iżda hu minħabba l-kundizzjoni li għandu m’għadux jista’ juża idejh u b’hekk ma jkunx jaf dan ikunx għadu f’subajh jew le.

Huwa jkompli li fuq iċ-ċurkett hemm isem martu u li jiftakar li marru Ħad-Dingli, il-Ħamrun u Ħal Qormi, iżda li diffiċli jbassar fejn seta’ waqagħlu.

Bjorn temm jistqarr ma’ martu li għalkemm iċ-ċurkett tilfu, isimha se jibqa’ mnaqqax f’qalbu għal dejjem.

Sport