Tuesday, April 16, 2024

Benjamin Mendy rilaxxat fuq pleġġ b’rabta ma’ stupri u attakk sesswali fuq ħames nisa

Aqra wkoll

Benjamin Mendy kien rilaxxat fuq pleġġ wara erba’ xhur miżmum arrestat. Id-difensur ta’ Manchester City u ta’ Franza huwa akkużat bi stupru fuq erba’ nisa u attakk sesswali fuq oħra.

Mendy kien miżmum f’HMP alkcourse, Liverpool qabel dan l-aħħar ġie trasferit għal HMP Manchester, magħruf aħjar bħala Strangeways, eżatt qabel il-Milied.

Illum kien mogħti pleġġ mill-Imħallef Patrick Thompson wara smigħ privat f’Chester Crown Court, bil-membri tal-istampa ma jitħallewx jidħlu fl-awla.

L-Imħallef ordna li Mendy jibqa’ jirrisjedi fir-residenza tiegħu, ma javviċinax lill-vittmi u jiddepożita l-passaport tiegħu lill-awtoritajiet. Min-naħa tiegħu l-plejer aċċetta li josserva dawn il-kundizzjonijiet.

Mendy kien mistennija li jgħaddi ġuri dan ix-xahar, iżda l-ġuri ġie pospost għal Ġunju. Huwa ngħata pleġġ sal-24 ta’ Jannar; il-ġurnata li fiha se tkun qiegħda tkompli l-kawża fil-konfront tiegħu.

Ekonomija

Sport