Arsenal qed ikomplu jsegwu s-sitwazzjoni li tinvolvi lill-midfielder ta’ Aston Villa, Douglas Luiz.
Aktar kmieni din is-sena, intqal li l-Gunners kellhom interess fil-player internazzjonali tal-Brażil, li stabbilixxa ruħu bħala regolari tal-ewwel team fil-West Midlands.
Il-player ta’ 23 sena għamel total ta’ 27 dehra fil-Premier League dan l-istaġun, li 25 minnhom ġew mill-formazzjoni inizjali, iżda l-player issa fadallu inqas minn 15-il xahar kuntratt.
Huwa mifhum li Luiz jibqa’ ferm fuq ir-radar ta’ Arsenal qabel it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf hekk kif qed ifittxu li jsaħħu l-għażliet tagħhom f’dik iż-żona tal-ground.
Barra minn hekk, huwa mifhum li Villa huma miftuħa biex jinfirdu ma’ xi ħadd li darba kien pperċepit bħala player ewlieni, bis-suġġeriment huwa li Steven Gerrard irid jiġġenera fondi għall-miri tat-trasferiment tiegħu stess. Sakemm ma jkunx hemm qbil dwar termini ġodda bejn il-partijiet rilevanti, jidher probabbli tluq minn Villa Park, għ