Wednesday, July 24, 2024

Arsenal iridu jakkwistaw lil David Raya b’mod permanenti

Aqra wkoll

Il-goalkeeper David Raya qed jispikka ferm ma’ Arsenal fejn qed ikun strumentali b’diversi saves li qed iwettaq. Hekk kif matul dan l-istaġun hu wasal fl-Emirates Stadium bħala l-goalkeeper tar-riserva ta’ Aaron Ramsdale iżda ħadlu postu bejn il-lasti tal-Gunners hekk kif lagħab 39 logħba bejn il-kampjonat Premier Ingliż u l-UEFA Champions League.

Raya jinsab ma’ Arsenal fuq bażi ta’ self mingħand Brentford, iżda lesti li jdaħħlu idejhom fil-but u jippruvaw jakkwistawh għal kollox. Dawn tal-aħħar qed jistmaw li Raya jiswa madwar €31 miljun.

Ekonomija

Sport