Saturday, September 7, 2024

Arsenal iridu jġeddu l-kuntratt ta’ lil Ben White

Aqra wkoll

Arsenal qed jaħdmu sabiex iġeddu l-kuntratt tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Ben White. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u spikka fil-midfield tal-Gunners tul dawn l-aħħar logħbiet.

Attwalment, White għad fadallu tliet snin kuntratt mal-Gunners iżda l-fehma tal-kowċ Mikel Arteta hu li dan jiġi estiż għal sentejn oħra sabiex il-plejer jibqa’ fundamentali fl-iskwadra tat-tim li jilgħab fl-Emirates Stadium.

Arsenal diġa’ ftiehmu ma’ Martin Odegaard li ftit tal-ġimgħat ilu ġedded il-kuntratt tiegħu minħabba li jinsab ferm għal qalbu f’Londra.

Ekonomija

Sport