Arsenal qed jaffaċċjaw ġlieda biex iżommu lid-difensur ċentrali Gabriel fil-klabb hekk kif xi timijiet mill-Arabja Sawdija qed iżidu l-interess fl-istilla Brażiljana.
Klabbs fl-Arabja Sawdija u anke fl-Ewropa huma interessati li jiffirmaw lil Gabriel u diġà kellmu lill-aġent tal-plejer. Id-difensur ċentrali bħalissa jinsab barra b’injury fil-hamstring iżda jibqa’ plejer importanti għall-kowċ Mikel Arteta. Id-difensur għamel 42 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn skorja ħames gowls.
Arsenal jingħad li lesti joffru lid-difensur ftehim ġdid biex iwarrbu l-interess, hekk kif il-ftehim attwali tal-player ta’ 27 sena jibqa’ għaddej sal-2027.