Monday, September 28, 2026
Home Sport Roma jingħataw l-approvazzjoni uffiċjali għall-bini ta’ stadium ġdid

Roma jingħataw l-approvazzjoni uffiċjali għall-bini ta’ stadium ġdid

0
50

Il-proġett tal-istadium l-ġdid ta’ Roma, f’Pietralata, kiseb l-approvazzjoni uffiċjali wara li l-Konferenza tas-Servizzi tat il-permess finali għall-kostruzzjoni. 

Il-Kummissarju Straordinarju tal-Gvern, Massimo Sessa, iffirma l-awtorizzazzjoni, filwaqt li s-Sindku ta’ Ruma, Roberto Gualtieri, iffirma  d-dokument li daħal fis-seħħ immedjatament.

Issa l-club jista’ jħejji l-proġett eżekuttiv finali u jibda l-passi amministrattivi meħtieġa biex jinbena l-istadju. Fl-istess waqt, il-Komun ta’ Ruma se jiftaħ sejħa għall-konċessjoni tal-art, għalkemm Roma għandha d-dritt li tqabbel kwalunkwe offerta li ssir.

Gualtieri ddeskriva l-jum bħala wieħed storiku u sostna li wara erba’ snin ta’ ħidma, l-istadium issa huwa ċertezza. Il-pjan hu li l-kostruzzjoni tibda f’Marzu tal-2027, fis-sena taċ-ċentinarju tal-club. 

Ix-xogħlijiet għandhom idumu madwar sentejn u nofs, biex l-istadium jkun lest sa tmiem l-2029, bil-għan li jilqa’ wkoll avvenimenti ewlenin bħall-Euro 2032.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here