Saturday, September 14, 2024

Arsenal jakkwistaw lil Mikel Merino

Aqra wkoll

Arsenal lestew l-akkwist tal-midfielder ta’ Spanja, Mikel Merino, 28 sena, mingħand Real Sociedad għal ħlas li jista’ jilħaq £31.6 miljuni.

Huwa se jmur fit-Tramuntana ta’ Londra b’kuntratt ta’ erba’ snin bl-għażla ta’ sena oħra wara li l-Gunners qablu li jħallsu £27.4 miljuni inizjali flimkien ma’ £4.2 miljuni f’żidiet oħra.

Merino kien parti mill-iskwadra ta’ Spanja li rebħet l-Euro 2024, fejn lagħab fis-seba’ logħbiet kollha tat-tournament u skorja l-goal rebbieħ tard fil-ħin barrani kontra l-Ġermanja fil-kwarti-finali.

Huwa sar it-tielet akkwist ta’ Arsenal fis-suq tat-trasferimenti, wara l-wasla tad-di­fensur Taljan, Riccardo Calafiori, u l-goalkeeper ta’ Spanja, David Raya, bil-Gunners jattivaw l-għażla li jixtruh b’mod permanenti mingħand Brentford.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport