Sergej Jakirovic rebaħ il-premju Barclays Manager of the Month wara bidu perfett ma’ Hull City fil-Premier League. Il-coach Bosnjan ta’ 49 sena mexxa lit-team għal żewġ rebħiet minn żewġ logħbiet f’Awwissu, wara li Hull kisbu l-promozzjoni permezz tal-play-offs taċ-Championship l-istaġun li għadda.
Jakirovic sar biss it-tielet coach fl-istorja ta’ Hull City li rebaħ dan il-premju, wara Phil Brown fl-2008 u Mike Phelan fl-2016. Huwa wkoll l-ewwel caoch Bosnjan li qatt rebaħ il-premju fil-Premier League.
Hull bdew l-istaġun 2026/27 b’rebħa impressjonanti ta’ 2-0 kontra Manchester United, qabel ma għelbu lil Coventry City b’goal tard f’konfront bejn żewġ timijiet promossi.
Il-prestazzjonijiet eċċellenti ta’ Hull wasslu biex Jakirovic jintgħażel fuq Mikel Arteta ta’ Arsenal, Xabi Alonso ta’ Chelsea u Enzo Maresca ta’ Manchester City, li wkoll kisbu punti massimi f’Awwissu.
Ir-rebbieħ ġie deċiż permezz ta’ taħlita ta’ voti mill-partitarji u minn panel ta’ esperti.




