Wednesday, March 27, 2024

Arsenal jippjanaw offerta f’Jannar għal Renato Sanches

Aqra wkoll

Arsenal qed jippjanaw offerta f’Jannar għall-midfielder ta’ Lille, Renato Sanches.

Il-player ta’ 24 sena kien marbut b’mod qawwi ma’ bidla ‘l bogħod mill-club Franċiż tiegħu matul is-sajf, iżda t-tieqa tat-trasferimenti għalqet bil-Portugiż għadu fi Stade Pierre-Mauroy.

Sanches tħabat b’ injuries matul l-istaġun 2021-22 iżda xorta għamel disa’ dehriet mal-club tiegħu tal-Ligue 1 fil-kompetizzjonijiet kollha.

L-internazzjonali tal-Portugall dan l-aħħar sostna li jista’ jħalli lil Lille f’Jannar u semma lil Arsenal bħala kandidat potenzjali meta mistoqsi dwar il-mossa li jmiss tiegħu.

Il-Gunners qed ‘ifittxu fondi’ biex jiċċaqilqu għall-midfielder matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, u t-team ta’ Mikel Arteta huwa determinat li jegħleb lil AC Milan għall-firma tiegħu.

Alexandre Lacazette, Eddie Nketiah u Bernd Leno jistgħu jinbiegħu fil-bidu tas-sena d-dieħla biex jinġabru fondi ta’ trasferiment.

Sanches qabel lagħab fil-Premier League matul l-istaġun 2017-18, fejn irrappreżenta lil Swansea City b’self mingħand Bayern Munich.

Ekonomija

Sport