Monday, May 13, 2024

Arsenal jirrifjutaw offerta għal Aaron Ramsdale

Aqra wkoll

Diversi gazzetti Ingliżi qed jirrappurtaw li Arsenal irrifjutaw offerti mingħand klabb li jinsab f’nofs il-klassifika tal-kampjonat Premier Ingliż sabiex jakkwistaw lill-gowlkiper Aaron Ramsdale. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u għalkemm mhux qed jilgħab b’mod regolari minħabba l-kompetizzjoni li għandu ma’ David Raya, il-Gunners iqisuh bħala parti importanti mill-iskwadra tagħhom.

Ramsdale ilu fl-Emirates Stadium sa mis-sena 2021 fejn deher 77 darba mal-Gunners.

Sport