Friday, August 7, 2026
Home Sport Fabio Grosso jitneħħa minn kowċ ta’ Lyon

Fabio Grosso jitneħħa minn kowċ ta’ Lyon

0
215

Fabio Grosso ġie mneħħi minn kowċ ta’ Olympique Lyon wara sensiela ta’ riżultati negattivi li ftit bidlu x-xorti tat-tim. Fil-fatt kemm ilu li laħaq mis-16 ta’ Settembru ‘l hawn hu kiseb biss ħames punti mill-aħħar seba’ partiti, ċifri ftit wisq għall-ogħla awtoritajiet Franċiżi.

Post Grosso temporanjament se jieħdu Pierre Sage li se jkun qed jibda s-sessjonijiet ta’ taħriġ tiegħu proprju llum.

Sadanittant qed jissemmew diversi kowċis li mistenni jkunu fuq il-bank ta’ Lyon fosthom Bruno Genesio, Igor Tudor jew Jorge Sampaoli.