Sunday, May 19, 2024

Battibekk jaħraq bejn Lionel Scaloni u Lionel Messi

Aqra wkoll

Rapporti mill-ġurnali Arġentini qed jgħidu li wara l-logħba bejn l-Arġentina u l-Brażil fil-Maracana mirbuħa minn tal-ewwel bl-iskor ta’ 1-0, kien hemm battibekk jaħraq bejn il-kowċ Lionel Scaloni u l-captain Lionel Messi.

Jidher li Scaloni ried ikellem lil Messi dwar ir-rwol tiegħu fil-futur mat-tim nazzjonali, xi ħaġa li l-plejer ta’ Inter Miami ħadha xi ftit personali u wara 32 sekonda fid-dressing room telaq ‘il barra bla kliem u bla sliem. Ħadd ma jaf x’ingħad eżatt iżda oħrajn sostnew li Messi xi kultant jaf ikun kburi żżejjed u ma jaċċettax umilment il-pariri tal-kowċ Scaloni.

Sport