Sunday, May 5, 2024

Arsenal se jonoraw lil Arsene Wenger bi statwa

Aqra wkoll

Arsenal qed iħejju biex jonoraw lill-leġġendarju Arsene Wenger bi statwa barra l-Emirates Stadium fil-futur qrib.

Wenger, li rebaħ xejn inqas minn għaxar trofej f’aktar minn 20 sena fit-tramuntana ta’ Londra, irritorna għall-ewwel darba (mindu ħalla lill-Gunners fl-2018) fl-Emirates Stadium f’Boxing Day, fejn segwa r-rebħa ta’ 3-1 fuq West Ham. 

Matul dawn l-aħħar kien hemm sejħiet biex il-club jonora lill-aktar figura sinifikanti fl-istorja ta’ Arsenal.

U bħalissa għaddejjin negozjati għal pjani biex tinbena statwa barra l-Emirates Stadium, proprju fl-2023. 

Arsenal diġà waqqfu statwi tal-leġġendi tal-club  madwara l-istadium –  Herbert Chapman, Tony Adams, Dennis Bergkamp u Thierry Henry … fejn issa Wenger se jsegwi. 

Wenger inzerta li kien il-manager tat-team meta Arsenal iċċaqilqu minn Highbury għall-Emirates Stadium, fl-2006, wara 93 sena. Dak il-perjodu ma tantx kien wieħed feliċi għall-Gunners minħabba l-ispejjeż enormi tal-bini tal-ground il-ġdid fejn Wenger innifsu ġie mġiegħel biex ibiegħ bosta players. 

Huwa rebaħ l-aħħar titlu tal-Premier League, fl-2003/04, fejn kien dakinhar ingħataw trofew tad-deheb minħabba li ma tiflu l-ebda partita … rekord assolut fl-ogħla diviżjoni Ingliża. 

Sport