Tuesday, May 14, 2024

Valletta jirrilaxxaw lil Flavio Cheveresan u Oke Akpoveta

Aqra wkoll

Valletta rrilaxxaw liż-żewġ players, il-Brażiljan Flavio Cheveresan u n-Niġerjan Oke Akpoveta.

Il-club Belti ħabbar dan fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook li kienet tgħid:

“Valletta Football Club jixtieq iħabbar li laħaq ftehim reċiproku ma’ Flavio Cheveresan u Oke Akpoveta biex itemmu l-kuntratti rispettivi tagħhom. 

“Il-club jixtieq jawgura kemm lil Flavio kif ukoll lil Oke għall-futur tagħhom. 

“Il-club diġà qed jaħdem biex jissostitwixxi lil dawn il-players fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar fit-tentattiv li tissaħħaħ l-iskwadra.”

F’dan l-istaġun, filwaqt li Cheveresan lagħab 10 partiti u skorja goal wieħed, Akpoveta kien involut fi 12-il logħba li fihom skorja erba’ goals.  

Sport