Tuesday, May 14, 2024

Arsenal u Chelsea offruti ċ-ċans li jiffirmaw lill-attakkant Cody Gakpo

Aqra wkoll

Arsenal u Chelsea t-tnejn ġew offruti ċ-ċans li jiffirmaw lill-attakkant ta’ PSV Eindhoven, Cody Gakpo, dan is-sajf.

Il-player ta’ 23 sena ġibed interess minn madwar l-Ewropa kollha wara staġun mill-aqwa fl-Olanda, fejn irreġistra 21 goal u 15-il assist f’47 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Il-wirjiet ta’ Gakpo bħala captain għenu lil PSV jaslu sal-kwarti tal-finali tal-Europa Conference League, waqt li laħaq ċifri doppji kemm fil-goals kif ukoll fl-assists fl-Eredivisie.

Sport