Monday, April 29, 2024

Ibrahima Konate jissejjaħ għall-ewwel darba fl-iskwadra ta’ Franza

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali ta’ Liverpool, Ibrahima Konate, kiseb l-ewwel sejħa tiegħu fl-iskwadra tal-kbar ta’ Franza minflok Raphael Varane ta’ Manchester United.

It-team immexxi minn Didier Deschamps beda d-difiża tan-Nations League b’telfa ta’ 2-1 kontra d-Danimarka nhar il-Ġimgħa filgħaxija fil-League A Grupp 1, li matulha Varane kellu jiġi mibdul minħabba injury fil-hamstring.

Id-difensur ċentrali issa tqies mhux tajjeb biex ikompli dan ix-xahar, u dan ippermetta lil Konate jissejjaħ għall-ewwel darba mal-Les Bleus wara li inizjalment ma kienx jiġi meqjus minn Deschamps.

Sport