Thursday, October 3, 2024

Arsenal u Real Madrid wara l-firma ta’ Vitor Reis

Aqra wkoll

Arsenal u Real Madrid bagħtu scouts fil-Brażil sabiex jaraw fl-azzjoni lid-difensur ċentrali ta’ Palmeiras Vitor Reis. Dan il-plejer ta’ talent għad għandu biss 18-il sena u qed juri l-kwalitajiet tiegħu aħjar ma’ dan it-tim fejn lagħab tmien darbiet magħhom u skorja gowl.

Hu kien regolari mat-tim nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena u riċentement qed jiġi kkunsidrat mill-kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena.

Kemm il-Gunners kif ukoll il-Madrileni qed jaraw x’jistgħu jagħmlu biex wieħed minnhom jirnexxielu jakkwistah.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport