Arsenal jinsabu f’taħditiet avvanzati biex jiffirmaw lil Leandro Trossard minn Brighton.
Jingħad li l-Gunners għamlu offerta uffiċjali għall-midielder Belġjan wara li tilfu lil Mykhailo Mudryk li ngħaqad ma’ Chelsea.
Il-player ta’ 28 sena ġie irid jitlaq lis-Seagulls wara argument jaħraq mal-manager Roberto De Zerbi wara li t-Taljan ikkritika lil Trossard għall-attitudni tiegħu.
Huwa tħalla barra mill-iskwadra ta’ Brighton għall-aħħar żewġ logħbiet kontra Middlesbrough u Liverpool.
U Trossard issa jinsab ferm viċin li jingħaqad mal-Gunners hekk kif intlaħaq ftehom bejn iż-żewġ partijiet.
Issa jonqos li jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ clubs.