Friday, May 17, 2024

Arsenal wieħed mill-clubs favoriti li jakkwistaw lil Dejan Kulusevski

Aqra wkoll

Arsenal qed jitqiesu bħala wieħed mill-clubs favoriti li jakkwistaw lill-winger ta’ Juventus, Dejan Kulusevski.

Il-player ta’ 21 sena għadda minn perijodu frustranti mir-ritorn ta’ Massimiliano Allegri, fejn beda biss erba’ partiti u għamel 17-il dehra bħala sostitut fil-kompetizzjonijiet kollha.

Fi żmien meta Juventus huma ħerqana li jsaħħu l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom f’Jannar, l-internazzjonali Żvediż qed jitqies bħala kandidat naturali biex jitlaq mill-club ibbażat f’Turin.

Clubs bħal Arsenal u Tottenham Hotspur it-tnejn ġew marbuta ma’ approċċ għall-playmaker f’nofs l-istaġun.

Il-Gunners huma iktar favoriti mir-rivali tagħhom ta’ Tramuntana ta’ Londra għall-akkwist ta’ da nil-player hekk kif qed jikkontemplaw li jtejbu l-iskwadra tal-ewwel team tagħhom.

Filwaqt li Juventus qed jingħad li qed jistennew offerta aċċettabbli, huwa ssuġġerit li jkunu lesti li jikkunsidraw offerti ta’ madwar £30m.

Sport