Monday, November 11, 2024

Assoċjazzjonijiet tal-kannabis jistgħu japplikaw għal-liċenzja mit-28 ta’ Frar

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mit-28 ta’ Frar li ġej, l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) se tibda tilqa’ l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ liċenzji lill-organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-kannabis għall-użu responsabbli.

Id-dettalji ta’ kif se jaħdem dan il-proċess ingħataw f’konvenzjoni li ttellgħet fl-MFCC, Ta’ Qali, bit-tema “Setting the Standards” u li għaliha attendew stakeholders ewlenin u oħrajn interessati f’dan is-settur. Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg u ċ-Ċermen Eżekuttiv tal-ARUC, Leonid McKay.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg, waqt il-konvenzjoni li ttellgħet fl-MFCC, Ta’ Qali, bit-tema “Setting the Standards”. Ritratt: Alan Saliba.

Fl-istess konvenzjoni ġie spjegat li trid tiġi reġistrata assoċjazzjoni b’minimu ta’ żewġ persuni bħala fundaturi. L-assoċjazzjonijiet se jkunu magħrufa bħala Cannabis Harm Reduction Associations u jridu jiġu reġistrati u liċenzjati mill-ARUC.

L-applikazzjoni tirrikjedi numru ta’ kriterji li jridu jiġu sodisfatti sabiex tinħareġ liċenzja. Fosthom: amministraturi tal-assoċjazzjoni ma jisgħux ikollhom passat kriminali marbut ma’ insolvenza jew ħasil ta’ flus, kull applikazzjoni se tiġi eżaminata bir-reqqa għal moneylaundering compliance, amministraturi jridu jkunu residenti Malta għal minimu ta’ 5 snin. Meta tinħareġ il-liċenzja, din se tkun valida għal sena.

Cannabis Harm Reduction Associations

Kull assoċjazzjoni trid tkabbar u tikkultiva l-prodott tagħha stess filwaqt li dawn iridu jaħdmu b’mudell ta’ non-profit. Iridu wkoll jimxu mal-istandards ipprovduti mill-Awtorità, rigward tmexxija, kultivazzjoni, teħid ta’ kampjuni, ittestjar, ippakkjar u t-tikettar tal-prodotti.

Kull sena jrid isir rapport finanzjarju awditjat li jrid jintbagħat lill-Awtorità. Sar ukoll aċċenn għall-fatt li l-ebda tip ta’ riklamar mhu se jkun permessibbli. Kull assoċjazzjoni se tkun obbligata li tisħaq u tagħti importanza fuq harm-reduction qabel kull interessi oħra, hekk kif stipulati fil-liġi.

Persuni ewlenin li jaħdmu fl-assoċjazzjoni se jingħataw taħriġ fuq harm reduction mill-ARUC. Kull assoċjazzjoni ma tistax tkun viċin skola jew youth centre.

Min jista’ jsir membru?

Kull adult minn 18-il sena ‘l fuq, residenti Malta, jista’ jissieħeb bħala membru. Persuna tista’ tkun membru f’assoċjazzjoni waħda biss.

Sport