Saturday, May 4, 2024

Aston Villa jkeċċu lill-coach Steven Gerrard

Aqra wkoll

Aston Villa keċċew lill-coach Steven Gerrard wara t-telfa ta’ 3-0 kontra Fulham.

Din kienet is-sitt telfa minn 11-il partita biex issa l-Villans jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni.

Lejn tmiem il-partita ta’ din it-telfa, il-partitarji bdew ikantaw biex Gerrard jitkeċċa minnufih u proprju ftit minuti wara l-logħba, ħarġet l-aħbar li l-kuntratt tiegħu ġie mitmum.

Fi stqarrija qasira, il-club ikkonferma t-tkeċċija ta’ Gerrard filwaqt li awguralu għall-futur tiegħu.

Min-naħa tiegħu, l-eks coach ta’ Rangers li magħhom rebaħ il-kampjonat, sostna li aċċetta din it-tkeċċija  u saħansitra refa’ r-responsabbiltá tar-riżultati negattivi.

Mauricio Pochettino huwa l-kandidat preferut li jkun is-suċċessur tiegħu.   

Sport