Minkejja l-pressjoni ta’ Chelsea u West Ham United li jixtiequ jakkwistaw lill-attakkant żagħżugħ Kolombjan Jhon Duran, il-klabb tiegħu Aston Villa kemm-il darba saħaq li l-plejer mhux għall-bejgħh.
Duran għaddej minn mument tad-deheb fil-karriera tiegħu fejn minkejja li għandu 20 sena, hu parti importanti mill-Villains u anke mit-tim nazzjonali Kolombjan.
Ma’ Aston Villa hu lagħab 41 logħba u skorja disa’ gowls filwaqt li mal-Kolombja skorja gowl wieħed fi 12-il ħarġa.