Birżebbuġa SP……………0
Valletta…………………….3
Birżebbuġa SP: Julian Azzopardi, Gustavo Felipe, Shaun Dimech (Zachary Cassar 79), Yuri De Jesus Messias, Sam Azimzadeh (Godberg Cooper 46), Gabriel Costa, Juan Ramires Bolanos, Alex Bruno De Souza Silva, Luis Carlos Riascos (Kurt Bondin 79), Zachary Scerri, Jackson Mendoza Coach: Claude Carbonaro
Valletta: Adislon Maringa, Mattias Ellul (Ignacio Manuel Morello 72), Ermin Bicakcic, Bruno Gomes (Alex Tanque 72), Brandon Paiber, Jake Azzopardi (Keyon Ewurum 88), Diogo Tavares, Roko Prsa (Petar Sekulovic 57), Emmanuel Moise Mbende, Sava Radic, Thaylor Aldama (Andrea Zammit 72) Coach: Thane Micallef
Referee: Emanuel Grech
Ass. Referees: Mitchell Scerri, Max-Lee Muscat
Raba’ Uffiċjal: Joseph Scerri
Skorers: B. Gomes 4, 63, 65 (V)
Ammoniti: L. C Riascos (B)
Player tal-Logħba: Bruno Gomes (V)
Valletta kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Birżebbuġa SP bl-iskor ta’ 3-0, bit-tliet goals għalihom jaslu minn hat-trick personali tal-Player tal-Logħba, Bruno Gomes.
Birzebbuġa wettqu erba’ bidliet fil-formazzjoni inizjali tagħhom: Julian Azzopardi ħa post Mattia Chiesa bejn il-lasti, filwaqt li Sam Azimzadeh Tabrizi, Juan Bolanos u Shaun Dimech ħadu post Miguel Azzopardi, Zachary Cassar u Kurt Bondin.
Min-naħa l-oħra, Valletta għamlu wkoll erba’ bidliet mit-tim li kiseb draw ta’ 2-2 kontra Balzan. Dan hekk kif Neil Anthony Micallef, Petar Sekulovic, Andrea Zammit u Alex Tanque ċedew posthom lil Ermin Bicakcic, Brandon Paiber, Thaylor Aldama u Bruno Gomes.
Valletta rnexxielhom jiftħu l-iskor wara biss erba’ minuti. Brandon Paiber xeħet kross mil-lemin u Roko Prsa għadda tajjeb lejn BRUNO GOMES, li spara xutt baxx li għeleb lill-gowlkiper Julian Azzopardi.
Fl-14-il minuta, Birżebbuġa wieġbu b’tentattiv ta’ Yuri Messias minn barra l-kaxxa, li iżda spiċċa barra fil-14-il minuta.
Fil-31 minuta, il-goalkeeper Julian Azzopardi salva lit-tim tiegħu meta ħareġ minn postu f’tarf il-kaxxa biex laħaq il-ballun qabel Gomes. Valletta reġgħu ħolqu l-periklu fil-35 minuta meta Diogo Tavares bidel il-ballun ma’ Roko Prsa qabel ma ttestja lill-goalkeeper ta’ Birżebbuġa b’xutt angolat mil-lemin; Azzopardi parzjalment salva t-tentattiv u l-ballun wasal għand Prsa, li iżda xeħet għoli.
Wara l-mistrieħ, Birżebbuġa ħarġu jfittxu l-gowl tad-draw u, żewġ minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima, is-sostitut Godberg Cooper xeħet il-ballun għoli bir-ras wara li rċieva minn cross preċiż ta’ Shaun Dimech mix-xellug.
Madankollu, Valletta rdoppjaw l-iskor fit-63 minuta. BRUNO GOMES irċieva cross mil-lemin u l-goalkeeper Julian Azzopardi ħareġ mill-kaxxa biex jipprova jilħaq il-ballun qablu iżda żelaq u b’hekk, il-Brażiljan b’logħob tat-tfal tefa’ l-ballun fix-xibka vojta.
Żewġ minuti wara, il-Beltin skorjaw it-tielet gowl. Thaylor avvanza mil-lemin qabel ma qassam lil Jake Azzopardi, li x-xutt baxx tiegħu ġie salvat parzjalment minn Azzopardi; bi BRUNO GOMES ħataf ir-rebound u mill-viċin ma ħafirx.
Valletta komplew iżidu l-pressjoni u fit-72 minuta, xutt ta’ Brandon Paiber ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper ta’ Birżebbuġa, iżda tentattivi sussegwenti ta’ Gomes u Sekulovic ġew newtralizzati. Birżebbuġa wieġbu bi cross-shot ta’ Alex Bruno mil-lemin li ġie mblukkat minn Adilson Maringa fil-81 minuta.
