AĠĠORNAT … INGLIŻ IMUT U MARA L-ISPTAR WARA INĊIDENT BIL-PARAGLIDING F’SAN ĠILJAN

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-1:00 pp.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha wara li madwar mil u nofs ‘il barra mill-kosta ta’ San Ġiljan, weġġgħu xi persuni.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara u raġel kienu qed jipprattikaw il-paragliding u aktarx kawża tar-riħ spiċċaw waqgħu fil-baħar.

Huma nġiebu lura l-art permezz ta’ dgħajsa oħra li kienet fil-viċinanzi, fejn ingħataw lassistenza minn tim mediku. Sfortunatament, ir-raġel, li huwa Ingliż u għandu 59 sena, ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post,
filwaqt li l-mara, li hija Ingliża u għanda 60 sena, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Ilkundizzjoni tagħha għadha pendenti.

Il-Maġistrat Dr Renata Farrugia LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport