Dan is-sit jinsab infurmat li turist Ingliż li għandu 59 sena tilef ħajtu u turista Ingliża ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt.
Dan wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:00 p.m., kienu involuti f’inċident waqt attività bil-paragliding f’San Ġiljan.
Fuq il-post, apparti li marru l-Pulizija, mar ukoll tim mediku, b’persuna minnhom ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.L-identità tal-vittma għadha mhux magħrufa.
Dwar dan l-inċident infetħet inkjesta Maġisterjali, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji malli jaslulna …
