Illum f’B’Bugia Pulizija tad-Drug Squad arrestaw żgħażugħ ta’ 16-il. Żgħażagħ ta’ dik l-eta’ m’għandhomx ikunu qed jidħlu fid-dinja tad-droga, aħseb u ara f’allegat traffikar!
Hija sfida li rridu niffaċċjaw bħala soċjetà. Il-ġlieda kontra d-droga ma tistax tkun biss dwar arresti u pieni.
Trid tkun ukoll dwar prevenzjoni, edukazzjoni, appoġġ għall-familji u protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ.
Iddikjara dan il-Ministru Glenn Bedingfield permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali.
