San Ġiljan ASC iħabbru l-akkwist tal-eks-captain tat-tim nazzjonali tal-Ġappun, Atsushi Arai

Aqra wkoll

San Ġiljan ASC ħabbru l-akkwist ta’ Atsushi Arai, eks-captain tat-tim nazzjonali tal-Ġappun, li qed jingħaqad mal-klabb b’esperjenza vasta miksuba fl-ogħla livelli tal-waterpolo internazzjonali.

Bħala atleta li ħa sehem f’żewġ edizzjonijiet tal-Olimpjadi, Arai rrappreżenta lill-Ġappun fil-Logħob Olimpiku ta’ Rio 2016 u Tokyo 2020, filwaqt li kkompeta wkoll f’ħames edizzjonijiet tal-Kampjonati tad-Dinja. Fost il-kisbiet ewlenin tal-karriera internazzjonali tiegħu nsibu:

– Logħob Asjatiku tal-2023 — Deheb

– Logħob Asjatiku tal-2018 — Fidda

– Logħob Asjatiku tal-2014 — Fidda

Arai huwa player versatili ħafna u skorer mill-aqwa, magħruf għall-veloċità, il-kwalità teknika u l-movimenti intelliġenti tiegħu fl-attakk. Il-karriera tiegħu tinkludi wkoll esperjenza siewja ma’ diversi klabbs fl-Ewropa, fejn fost oħrajn lagħab ma’ Budapesti Honvéd fl-Ungerija u Ilisiakos fil-Greċja.

Il-ħila ta’ Atsushi li jilgħab f’diversi rwoli, flimkien mal-esperjenza u l-kwalitajiet ta’ tmexxija tiegħu, żgur li se jżidu dimensjoni importanti oħra mal-iskwadra ta’ San Ġiljan.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport