Bil-problemi finanzjarji u s-sostenibbiltà li qed isiru aktar importanti fil-football Ewropew, is-Serie A qed tfittex l-ispirazzjoni lejn il-club ta’ Atalanta li ilu jagħmel profitt għal tmien snin konsekuttivi.
Bħalissa hemm summit din il-ġimgħa fl-Italja dwar il-finanzjament u l-football, fejn id-diretturi kollha tal-clubs marru fuq l-importanza li l-balance sheets jinżammu fl-ordni.
Fl-istess ħin, Everton ġew penalizzati 10 punti tal-Premier League għal irregolaritajiet finanzjarji, b’Chelsea u Manchester City imħassba li jistgħu jkunu li jmiss.
Għalhekk, Calcio e Finanza, jindikaw l-aktar club virtuż tas-Serie A, hekk kif Atalanta għamlu qligħ għal dawn l-aħħar tmien staġuni konsekuttivi.
Huma għalqu Ġunju 2023 b’bonus ta’ €5.6 miljuni, iżda din xorta waħda hija qatra meta mqabbel mas-€6.4 miljuni tal-istaġun preċedenti, l-aktar minħabba li ma kinux ikkwalifikaw għall-Ewropa u għalhekk tilfu madwar €30 miljun mid-dħul mid-drittijiet tat-televiżjoni.
Skond din l-analiżi, Atalanta kellhom €195.4 miljuni fi dħul fl-2022-23, meta mqabbel ma’ €205.8 miljuni is-sena ta’ qabel.
Madankollu, l-ispejjeż niżlu minn €193.1 miljuni għal €185.6 miljuni.
Is-sigriet tas-suċċess tagħhom huwa l-akkademja taż-żgħażagħ u l-iscouting, li kontinwament toħroġ talenti ġodda u mbagħad tbigħhom bi qligħ kbir.